Kif Google timmaniġġja talbiet mill-gvernijiet għal informazzjoni dwar l-utenti
Aġenziji tal-gvern minn madwar id-dinja jitolbu lil Google biex tiżvela l-informazzjoni dwar l-utenti. Nirrieżaminaw bir-reqqa kull talba biex niżguraw li tissodisfa l-liġijiet applikabbli. Jekk talba titlob wisq informazzjoni, nippruvaw innaqqsuha, u f'xi każijiet noġġezzjonaw li nipproduċu kwalunkwe informazzjoni. Naqsmu n-numru u t-tipi ta' talbiet fir-Rapport dwar it-Trasparenza tagħna.
Il-mod kif inwieġbu għal talba jiddependi mill-fornitur ta' servizzi ta' Google tiegħek — għall-biċċa l-kbira tas-servizzi tagħna dan hu jew Google LLC, kumpanija tal-Istati Uniti li topera skont il-liġi tal-Istati Uniti, jew Google Ireland Limited, kumpanija Irlandiża li topera skont il-liġi Irlandiża. Biex issib liema hu l-fornitur ta' servizzi tiegħek, irrieżamina t-Termini tas-Servizz ta' Google jew staqsi lill-amministratur tal-kont tiegħek jekk il-Kont ta' Google tiegħek hu mmaniġġjat minn organizzazzjoni.
Meta nirċievu talba mingħand aġenzija tal-gvern, nibagħtu ittra elettronika lill-kont tal-utent qabel ma niddivulgaw l-informazzjoni. Jekk il-kont ikun immaniġġjat minn organizzazzjoni, navżaw lill-amministratur tal-kont.
Aħna mhux se nagħtu avviż meta legalment ipprojbit skont it-termini tat-talba. Nipprovdu avviż wara li titneħħa projbizzjoni legali, bħal meta jkun skada perjodu statutorju jew ordnat mill-qorti ta' restrizzjoni fuq l-informazzjoni.
Għandna mnejn ma navżawkx jekk il-kont ikun ġie diżattivat jew maħtuf. U għandna mnejn ma navżawkx fil-każ ta' emerġenzi, bħal theddid għas-sikurezza tat-tfal jew theddid għall-ħajja ta' xi ħadd, f'liema każ nagħtu avviż jekk insiru nafu li l-emerġenza tkun għaddiet.
Talbiet minn aġenziji tal-gvern Amerikan f'każijiet ċivili, amministrattivi u kriminali
Ir-Raba' Emenda għall-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti u l-Electronic Communications Privacy Act (ECPA) jirrestrinġu l-ħila tal-gvern li jġiegħel lil fornitur jiżvela informazzjoni dwar l-utenti. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti jridu jagħmlu tal-anqas dawn li ġejjin:
- Fil-każijiet kollha: Oħroġ ċitazzjoni biex jiġi ordnat l-iżvelar ta' informazzjoni bażika dwar ir-reġistrazzjoni tal-abbonati u ċerti indirizzi IP
- F'każijiet kriminali
- Ikseb ordni minn qorti biex iġġiegħel id-divulgazzjoni ta' rekords mhux ta' kontenut, bħall-kampi ta' Lil, Minn, CC, BCC u tal-Kronogramma f'ittri elettroniċi
- Ikseb mandat ta’ perkwiżizzjoni biex iġġiegħel l-iżvelar tal-kontenut ta' komunikazzjonijiet, bħal messaġġi b'email, dokumenti u ritratti
Talbiet minn aġenziji tal-gvern tal-Istati Uniti f'każijiet li jinvolvu s-sigurtà nazzjonali
F'investigazzjonijiet relatati mas-sigurtà nazzjonali, il-Gvern tal-Istati Uniti jista' juża Ittra ta' Sigurtà Nazzjonali (NSL) jew waħda mis-setgħat mogħtija taħt l-Att dwar is-Sorveljanza tal-Intelliġenza Barranija (FISA) biex jordna lil Google tipprovdi informazzjoni dwar l-utenti.
- NSL ma tirrikjedix awtorizzazzjoni ġudizzjarja u tista' tintuża biss biex tordnalna nipprovdu informazzjoni limitata dwar l-abbonati.
- L-ordnijiet u l-awtorizzazzjonijiet tal-FISA jistgħu jintużaw biex tiġi ordnata s-sorveljanza elettronika u l-iżvelar ta' dejta maħżuna, inkluż kontenut minn servizzi bħal Gmail, Drive u Photos.
Talbiet minn awtoritajiet tal-gvern barra l-Istati Uniti
Kultant Google LLC tirċievi talbiet għad-divulgazzjoni ta' dejta mingħand awtoritajiet governattivi barra mill-Istati Uniti. Meta nirċievu waħda minn dawn it-talbiet, nistgħu nipprovdu informazzjoni dwar l-utenti jekk dan ikun konformi ma' dawn kollha li ġejjin:
- Il-liġi tal-Istati Uniti, li jfisser li l-aċċess u d-divulgazzjoni jkunu permessi skont il-liġi applikabbli tal-Istati Uniti, bħall-Electronic Communications Privacy Act (ECPA)
- Liġi tal-pajjiż rikjedenti li jfisser li nirrikjedu li l-awtorità ssegwi l-istess proċess ġust u rekwiżiti legali li japplikaw jekk it-talba ssir lil fornitur lokali ta' servizz simili
- Normi internazzjonali li jfisser li aħna nipprovdu biss dejta bħala tweġiba għal talbiet li jissodisfaw il-Principles on Freedom of Expression and Privacy tal-Global Network Initiative u l-linji gwida ta' implimentazzjoni assoċjati tagħhom
- Il-politiki ta' Google li jinkludu kwalunkwe terminu tas-servizz applikabbli u politiki tal-privatezza, kif ukoll politiki relatati mal-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni
Minħabba li Google Ireland hija responsabbli biex tipprovdi l-maġġoranza tas-servizzi ta' Google fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-Iżvizzera, hija tirċievi wkoll talbiet għal informazzjoni dwar l-utenti.
Talbiet minn aġenziji tal-gvern tal-Irlanda
Google Ireland tqis il-liġi Irlandiża meta tevalwa talbiet għal informazzjoni dwar l-utenti minn aġenzija Irlandiża. Il-liġi Irlandiża tirrikjedi li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi Irlandiżi jiksbu ordni b'awtorizzazzjoni ġudizzjarja biex jordnaw lil Google Ireland tipprovdi informazzjoni dwar l-utenti.
Talbiet minn awtoritajiet tal-gvern barra l-Irlanda
Google Ireland toffri servizzi lill-utenti li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha u fl-Iżvizzera, u kultant nirċievu talbiet ta' żvelar ta' dejta minn awtoritajiet governattivi barra mill-Irlanda. F'dan il-każ, nistgħu nipprovdu dejta tal-utent jekk dan ikun konsistenti ma' dan kollu li ġej:
- Il-liġi tal-Irlanda, li jfisser li l-aċċess u d-divulgazzjoni jkunu permessi skont il-liġi applikabbli tal-Irlanda, bħall-Irish Criminal Justice Act
- Il-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) applikabbli fl-Irlanda, li jfisser kwalunkwe liġi tal-UE applikabbli fl-Irlanda inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (GDPR)
- Liġi tal-pajjiż rikjedenti li jfisser li nirrikjedu li l-awtorità ssegwi l-istess proċess ġust u rekwiżiti legali li japplikaw jekk it-talba ssir lil fornitur lokali ta' servizz simili
- Normi internazzjonali li jfisser li aħna nipprovdu biss dejta bħala tweġiba għal talbiet li jissodisfaw il-Principles on Freedom of Expression and Privacy tal-Global Network Initiative u l-linji gwida ta' implimentazzjoni assoċjati tagħhom
- Il-politiki ta' Google li jinkludu kwalunkwe terminu tas-servizz applikabbli u politiki tal-privatezza, kif ukoll politiki relatati mal-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni
Jekk nemmnu b'mod raġonveoli li nistgħu nipprevjenu lil xi ħadd milli jmut jew ibati minn ħsara fiżika serja, nistgħu nipprovdu informazzjoni lil aġenzija governattiva — pereżempju, fil-każ ta' theddidiet ta' bombi, sparaturi fi skejjel, ħtif, prevenzjoni ta' suwiċidji, u każijiet ta' persuni niqsin. Xorta nikkunsidraw dawn it-talbiet fid-dawl tal-liġijiet applikabbli u tal-politiki tagħna.