Reklamar
Ir-reklamar iżomm lil Google u lil ħafna mis-siti web u mis-servizzi li tuża mingħajr ħlas. Naħdmu bla heda biex niżguraw li r-reklami jkunu sikuri, mhux inkonvenjenti, u rilevanti kemm jista' jkun. Pereżempju, m'intix se tara reklami pop-up fuq Google, u kull sena nitterminaw il-kontijiet ta' mijiet ta' eluf ta' pubblikaturi u reklamaturi li jiksru l-politiki tagħna – inklużi reklami li fihom malware, reklami għal oġġetti ffalsifikati, jew reklami li jippruvaw jagħmlu użu mill-informazzjoni personali tiegħek b'mod ħażin.
Is-servizzi ta' reklamar ta' Google qed jesperimentaw b'modi ġodda ta' kif jappoġġaw it-twassil u l-kejl tar-reklamar diġitali b'modi li jħarsu aħjar il-privatezza tan-nies online permezz tal-inizjattiva Privacy Sandbox fuq Chrome u fuq Android. L-utenti bis-settings rilevanti tal-Privacy Sandbox attivati fi Chrome jew f'Android jistgħu jaraw reklami rilevanti mis-servizzi ta' reklamar ta' Google fuq il-bażi ta' dejta tas-Suġġetti jew Udjenza Protetta maħżuna fil-brawżer jew fl-apparat mobbli tagħhom. Is-servizzi ta' reklamar ta' Google jistgħu jkejlu wkoll il-prestazzjoni tar-reklami billi jużaw dejta ta' Rapportar tal-Attribuzzjonijiet maħżuna fil-brawżer jew fl-apparat mobbli tagħhom. Aktar informazzjoni dwar il-Privacy Sandbox.
Kif Google tuża l-cookies fir-reklamar
Il-cookies jgħinu biex ir-reklamar ikun aktar effettiv. Mingħajr cookies, huwa aktar diffiċli għar-reklamatur li jilħaq l-udjenza tiegħu jew li jkun jaf kemm intwerew reklami u kemm nies ikklikkjaw fuqhom.
Ħafna siti web, bħal siti tal-aħbarijiet u blogs, jissieħbu ma' Google biex juru reklami lill-viżitaturi tagħhom. Biex naħdmu mas-sħab tagħna, nistgħu nużaw cookies għal numru ta' skopijiet, bħal biex inwaqqfuk milli tara l-istess reklam darba wara oħra, nidentifikaw u nwaqqfu frodi tal-klikks, u nuru reklami li aktarx ikunu aktar rilevanti (bħal reklami bbażati fuq siti web li żort).
Inżommu rekord tar-reklami li nippubblikaw fil-logs tagħna. Ġeneralment, dawn il-logs tas-server jinkludu t-talba tal-web tiegħek, l-indirizz IP, it-tip ta' brawżer, il-lingwa tal-brawżer, id-data u l-ħin tat-talba tiegħek, u cookie waħda jew aktar li jistgħu jidentifikaw b'mod uniku l-brawżer tiegħek. Naħżnu din id-dejta għal għadd ta' raġunijiet, l-aktar importanti fosthom huma biex intejbu s-servizzi tagħna u nżommu s-sigurtà tas-sistemi tagħna. Nanonimizzaw din id-dejta tal-logs billi nneħħu parti mill-indirizz IP (wara 9 xhur) u informazzjoni tal-cookies (wara 18-il xahar).
Il-cookies tar-reklamar tagħna
Biex ngħinu lis-sħab tagħna jimmaniġġjaw ir-reklamar u s-siti web tagħhom, aħna noffru ħafna prodotti, li jinkludu AdSense, AdWords, Google Analytics, u medda ta' servizzi taħt id-ditta DoubleClick. Meta żżur paġna jew tara reklam li jużaw wieħed minn dawn il-prodotti, jew fuq servizzi ta' Google jew fuq siti u apps oħra, jistgħu jintbagħtu diversi cookies lill-brawżer tiegħek.
Dawn jistgħu jintbagħtu minn ftit dominji differenti, li jinkludu google.com, doubleclick.net, googlesyndication.com, jew googleadservices.com, jew id-dominju tas-siti tas-sħab tagħna. Uħud mill-prodotti tar-reklamar tagħna jippermettu lis-sħab tagħna jużaw servizzi oħra flimkien ma' tagħna (bħal servizz ta' kejl u ta' rapportar tar-reklami), u dawn is-servizzi jistgħu jibagħtu l-cookies tagħhom stess lill-brawżer tiegħek. Dawn il-cookies se jintbagħtu mid-dominji tagħhom.
Ara aktar dettall dwar it-tipi ta' cookies użati minn Google u mis-sħab tagħna u kif nużawhom.
Kif tista' tikkontrolla l-cookies tar-reklamar
Tista' tuża s-settings tar-reklami biex timmaniġġja r-reklami ta' Google li tara u titfi r-reklami personalizzati. Anke jekk titfi r-reklami personalizzati, xorta tista' tara reklami bbażati fuq fatturi bħall-post ġenerali tiegħek derivat mill-indirizz IP tiegħek, it-tip ta' brawżer tiegħek u t-termini tat-tfittxija tiegħek.
Tista' timmaniġġja wkoll il-cookies ta' ħafna kumpaniji użati għar-reklamar online permezz tal-għodod tal-għażla għall-konsumaturi maħluqa skont il-programmi ta' awtoregolamentazzjoni f'ħafna pajjiżi, bħall-paġna tal-għażliet ta' aboutads.info bbażata fl-Istati Uniti jew Your Online Choices ibbażata fl-UE.
Finalment, tista' timmaniġġja cookies fil-brawżer tal-web tiegħek.
Teknoloġiji oħra fir-reklamar
Is-sistemi ta' reklamar ta' Google jistgħu jużaw teknoloġiji oħra, inklużi Flash u HTML5, għal funzjonijiet bħall-wiri ta' formati ta' reklami interattivi. Pereżempju, nistgħu nużaw l-indirizz IP, biex nidentifikaw bejn wieħed u ieħor fejn tinsab. Nistgħu wkoll nagħżlu reklamar ibbażat fuq informazzjoni dwar il-kompjuter jew l-apparat tiegħek, bħall-mudell tal-apparat tiegħek, it-tip ta' brawżer, jew sensuri fl-apparat tiegħek bħall-aċċelerometru.
Post
Il-prodotti tar-reklami ta' Google jistgħu jirċievu jew jinferixxu informazzjoni dwar fejn tinsab minn diversi sorsi. Pereżempju, nistgħu nużaw l-indirizz IP biex nidentifikaw il-post ġenerali tiegħek; nistgħu nirċievu post preċiż mill-apparat mobbli tiegħek; nistgħu ninferixxu fejn tinsab mid-domandi tat-tiftix tiegħek; u siti web jew apps li tuża jistgħu jibagħtulna informazzjoni dwar fejn tinsab. Google tuża informazzjoni dwar il-post fi prodotti tar-reklami tagħna biex tinferixxi informazzjoni demografika, biex ittejjeb ir-rilevanza tar-reklami li int tara, biex tkejjel il-prestazzjoni tar-reklami u biex tirrapporta statistiki aggregati lir-reklamaturi.
Identifikaturi tar-reklamar għal apps mobbli
Biex nuru reklami f'servizzi fejn it-teknoloġija tal-cookies tista' ma tkunx disponibbli (pereżempju, f'applikazzjonijiet mobbli), nistgħu nużaw teknoloġiji li jwettqu funzjonijiet simili bħall-cookies. Xi drabi Google torbot l-identifikatur użat għar-reklamar fuq l-applikazzjonijiet mobbli ma' cookie tar-reklamar fuq l-istess apparat sabiex tikkoordina r-reklami fl-apps tal-mowbajl u l-brawżer tal-mowbajl tiegħek. Dan jista' jiġri, pereżempju, meta tara reklam f'app li jniedi paġna web fil-brawżer tal-mowbajl tiegħek. Dan jgħinna wkoll intejbu r-rapporti li nagħtu lir-reklamaturi tagħna dwar l-effettività tal-kampanji tagħhom.
Ir-reklami li tara fuq l-apparat tiegħek jistgħu jkunu personalizzati abbażi tal-ID tar-Reklamar tiegħu. Fuq l-apparati Android, tista':
- Tirrisettja l-ID tar-reklamar tal-apparat tiegħek, u b'dan il-mod li l-ID attwali tiġi ssostitwita ma' waħda ġdida. L-apps xorta jistgħu juruk reklami personalizzati, iżda għal xi żmien jistgħu ma jkunux daqshekk rilevanti jew interessanti għalik.
- Tħassar l-ID tar-reklamar tal-apparat tiegħek, u b'dan il-mod titħassar l-ID tar-reklamar u ma tiġix assenjata waħda ġdida. L-apps xorta jistgħu juruk reklami, iżda jistgħu ma jkunux daqshekk rilevanti jew interessanti għalik. Mhux se tara reklami bbażati fuq din l-ID tar-reklamar, iżda xorta tista' tara reklami bbażati fuq fatturi oħra, bħall-informazzjoni li tkun qsamt mal-apps.
Biex tagħmel bidliet fl-ID tar-reklamar fuq l-apparat Android tiegħek, segwi l-istruzzjonijiet ta' hawn taħt.
Android
Irrisettja l-ID tar-reklamar tal-apparat tiegħek
Biex tirrisettja l-ID tar-reklamar tal-apparat tiegħek:
- Fuq l-apparat Android tiegħek, mur fuq Settings.
- Taptap Privatezza > Reklami.
- Taptap Irrisettja l-ID tar-reklamar u kkonferma l-bidliet tiegħek.
Ħassar l-ID tar-reklamar tal-apparat tiegħek
Biex tħassar l-ID tar-reklamar tal-apparat tiegħek:
- Fuq l-apparat Android tiegħek, mur fuq Settings.
- Taptap Privatezza > Reklami.
- Taptap Ħassar l-ID tar-reklamar u kkonferma l-bidliet tiegħek.
L-ID tar-reklamar tiegħek se tiġi rrisettjata jew imħassra, iżda l-apps jista' jkollhom is-settings tagħhom stess billi jużaw tipi oħra ta' identifikaturi, li jistgħu jaffettwaw ukoll it-tipi ta' reklami li tara.
Fuq xi verżjonijiet preċedenti ta' Android
Jekk il-verżjoni tal-apparat Android tiegħek hija 4.4 jew verżjoni preċedenti:
- Iftaħ is-Settings
- Taptap Privatezza > Avvanzati > Reklami
- Ixgħel Iddiżattiva l-Personalizzazzjoni tar-Reklami u kkonferma l-bidliet tiegħek
iOS
Apparati b'iOS jużaw l-Identifikatur tar-Reklamar ta' Apple. Biex issir taf aktar dwar l-għażliet tiegħek għall-użu ta' dan l-identifikatur, żur l-app tas-Settings fuq l-apparat tiegħek.
TV Konness/Over-the-Top
Identifikaturi tar-reklamar għal TV konness
It-TVs konnessi huma qasam ieħor fejn it-teknoloġija tal-cookies mhijiex disponibbli, u, minflok, Google se tibbaża fuq identifikaturi tal-apparat maħsuba biex jintużaw fir-reklamar biex juru reklami. Ħafna apparati tat-TV konnessi jappoġġjaw identifikatur għar-reklamar li huwa simili fil-funzjoni għall-identifikaturi tal-apparati mobbli. Dawn l-identifikaturi huma mibnija biex jagħtu lill-utenti l-għażla li jirrisettjawhom jew li jiddiżattivaw kompletament ir-reklamar personalizzat.
Is-settings tar-"Reklami" li ġejjin huma disponibbli fuq it-TVs bl-ismijiet li ġejjin:
- Irrisettja l-ID tar-reklamar
- Ħassar l-ID tar-reklamar
- Iddiżattiva l-Personalizzazzjoni tar-Reklami (tista' tintefa' jew tinxtegħel)
- Reklami minn Google (links għall-paġna dwar il-personalizzazzjoni tar-reklami ta' Google)
- L-ID tar-reklamar tiegħek (serje twila)
Dawn is-settings tar-Reklami huma disponibbli fil-perkorsi li ġejjin fuq Google TV u Android TV rispettivament.
Google TV
Perkors konsistenti għar-Reklami:
- Settings
- Privatezza
- Reklami
Android TV
Is-settings tar-reklami jidhru f'wieħed minn żewġ perkorsi ġenerali għal Android TV skont il-manifattur/mudell tat-TV. F'Android TV, is-sħab għandhom il-libertà li jadattaw il-perkors tas-Settings. Huwa f'idejn is-sħab li jiddeċiedu liema perkors iridu jużaw biex jaqbel bl-aħjar mod mal-esperjenza tat-TV personalizzata tagħhom iżda hawn taħt tista' tara l-perkorsi komuni għas-settings tar-Reklami.
Perkors A:
- Settings
- Dwar
- Informazzjoni Legali
- Reklami
Perkors B:
- Settings
- Preferenzi tal-Apparat
- Dwar
- Informazzjoni Legali
- Reklami
Apparati mhux ta' Google
Ħafna apparati tat-TV konnessi jappoġġjaw identifikaturi għar-reklamar u joffru modi għall-utenti biex jiddiżattivaw ir-reklamar personalizzat. Lista sħiħa ta' dawk l-apparati, u l-modi kif l-utenti jistgħu jiddiżattivaw ir-reklamar personalizzat, tinżamm aġġornata fuq is-sit web tan-Network Advertising Initiative hawnhekk: https://thenai.org/opt-out/connected-tv-choices/.
X'jiddetermina r-reklami minn Google li jien nara?
Jittieħdu ħafna deċiżjonijiet biex jiġi ddeterminat liema reklam tara.
Kultant, ir-reklam li tara jkun ibbażat fuq il-post fejn tinsab bħalissa jew fejn kont fil-passat. L-indirizz IP normalment ikun indikazzjoni tajba ta' fejn tinsab bejn wieħed u ieħor. Allura, jaf tara reklam fuq il-paġna ewlenija ta' YouTube.com li jippromwovi film li ħiereġ daqt f'pajjiżek, jew tiftixa għal "pizza" jaf tirritorna riżultati għal postijiet tal-pizza fil-belt fejn tinsab.
Xi drabi r-reklam li tara huwa bbażat fuq il-kuntest ta' paġna. Jekk qed tara paġna ta' pariri dwar il-ġardinaġġ, għandek imnejn tara reklami għal tagħmir tal-ġardinaġġ.
Xi drabi għandek imnejn tara wkoll reklam fuq il-web li huwa bbażat fuq l-attività tal-app jew l-attività fuq is-servizzi ta' Google tiegħek; reklam fl-app li huwa bbażat fuq l-attività tal-web tiegħek; jew reklam ibbażat fuq l-attività tiegħek fuq apparat ieħor.
Kultant ir-reklam li tara fuq paġna jkun servut minn Google iżda magħżul minn kumpanija oħra. Pereżempju, jaf tkun irreġistrajt ma' sit web ta' gazzetta. Mill-informazzjoni li int tkun tajt lill-gazzetta, hi tista' tieħu deċiżjonijiet dwar liema reklami turik, u tista' tuża l-prodotti ta' Google li jservu reklami biex twassal dawk ir-reklami.
Tista' wkoll tara reklami fuq prodotti u servizzi ta' Google, inklużi Search, Gmail u YouTube, ibbażati fuq informazzjoni, bħall-indirizz elettroniku tiegħek, li pprovdejt lir-reklamaturi u li r-reklamaturi mbagħad qasmu ma' Google.
Għalfejn qed nara reklami minn Google għal prodotti li rajt?
Tista' tara reklami għal prodotti li kont rajt qabel. Ejja ngħidu li int iżżur sit web li jbigħ stikek tal-golf, iżda ma tixtrix dawk l-istikek fl-ewwel żjara tiegħek. Sid/t is-sit web ikun/tkun irid/trid iħeġġek/tħeġġek tirritorna u tlesti x-xirja tiegħek. Google toffri servizzi li jippermettu lill-operaturi tas-siti web jimmiraw ir-reklami tagħhom lejn nies li żaru l-paġni tagħhom.
Biex dan jaħdem, Google trid jew taqra cookie li diġà tinsab fil-brawżer tiegħek jew tqiegħed cookie fil-brawżer tiegħek meta żżur is-sit tal-golfing (dment li l-brawżer tiegħek jippermetti li dan iseħħ).
Meta żżur sit ieħor li jaħdem ma' Google, li jista' ma jkollu xejn x'jaqsam mal-golf, għadek imnejn tara reklam għal dawk l-istikek tal-golf. Dan għaliex il-brawżer tiegħek jibgħat lil Google l-istess cookie. Min-naħa l-oħra, nistgħu nużaw dik il-cookie biex nuruk reklam li jista' jħeġġek tixtri dawk l-istikek tal-golf.
Iż-żjara tiegħek fis-sit tal-golf tista' tintuża wkoll minn Google biex turik reklami personalizzati meta aktar 'il quddiem tmur biex tfittex stikek tal-golf fuq Google.
Ma għandnix restrizzjonijiet fuq dan it-tip ta' reklam. Pereżempju, nipprojbixxu lir-reklamaturi milli jagħżlu udjenza bbażata fuq informazzjoni sensittiva, bħal informazzjoni dwar is-saħħa jew it-twemmin reliġjuż.
Sir af aktar dwar ir-reklami ta' Google.